Sakemm ma jintweriex xort’oħra, l-ismijiet, deskrizzjonijiet u tikketti tal-prodott joriġinaw mill-Istati Uniti. Bosta minn dawn il-prodotti jistgħu ma jkunux disponibbli fil-pajjiżi kollha jew jistgħu jkunu disponibbli taħt xi isem kummerċjali differenti, b’qawwiet differenti, jew għal indikazzjonijiet differenti. Ħafna mill-prodotti elenkati huma disponibbli biss permezz ta’ riċetta li tinħareġ mill-professjonista tas-saħħa tiegħek lokali. Ħlief kif espressament dikjarat u miftiehem bil-quddiem mil-Laboratorji «Ƶ, ebda direttur, impjegat, aġent, jew rappreżentant tal-Laboratorji «Ƶ, tas-sussidjarji u l-affiljati tagħha m’huma involuti illi jagħtu pariri mediċi, djanjożi, kura jew servizzi mediċi oħra li jistgħu b’xi mod joħolqu xi relazzjoni bejn it-tabib u l-pazjent permezz ta’ dan is-Sit Elettroniku.
PROPRJETÀ INTELLETTWALI L-informazzjoni, d-dokumenti, u l-grafika relatata ppubblikata f’dan is-Sit Elettroniku tal-Internet (“Informazzjoni”) huma l-proprjetà unika tal-Laboratorji «Ƶ, ħlief għal dik l-informazzjoni pprovduta minn fornituri terzi b’kuntratt ma’ «Ƶ, mas-sussidjarji jew affiljati tagħha. Jingħata permess biex tintuża din l-informazzjoni, sakemm (1) l-avviż t’hawn fuq dwar id-drittijiet tal-awtur ikun jidher fuq il-kopji kollha; (2) l-użu tal-Informazzjoni jkun wieħed informattiv u mhux għal użu kummerċjali jew personali biss; (3) l-Informazzjoni ma tinbidel b’ebda mod; u (4) ebda grafika li tkun disponibbli minn dan is-sit elettroniku tal-Internet ma tintuża separatament mill-kliem li jkun hemm magħha. «Ƶ mhix responsabbli għall-kontenut provdut minn provdituri terzi, u inti projbit milli tiddistribwixxi dan il-materjal mingħajr il-permess tas-sid, tad-drittijiet tal-awtur tiegħu. Ħlief kif permess hawn fuq, l-ebda liċenzja jew dritt, espressi jew impliċiti, ma tingħata lil xi persuna taħt xi privattiva, trademark jew dritt proprjetarju ieħor tal-Laboratorji «Ƶ.
Ma jista’ jsir ebda użu ta’ xi trademark, isem kummerċjali, libsa kummerċjali u prodotti ta’ «Ƶ f’dan is-sit elettroniku tal-Internet mingħajr il-kunsens bil-miktub tal-awtorizzazzjoni tal-Laboratorji «Ƶ, ħlief biex jiġi identifikat il-prodott jew is-servizzi tal-kumpannija.
Jekk taħseb li x-xogħol tiegħek ikun ġie ikkupjat u jkun aċċessibbli fuq dan is-sit elettroniku b’mod li jikkostitwixxi infrazzjoni tad-drittijiet tiegħek ta’ awtur, int tista’ tavża lil «Ƶ billi tipprovdi dan li ġej lill-aġent tad-drittijiet tal-awtur tagħna, bil-miktub:
- Identifikazzjoni tax-xogħol kopert bid-drittijiet tal-awtur li int tgħid li tkun saret infrazzjoni tagħhom;
- Identifikazzjoni tal-materjal li tgħid li jkun qed jagħmel l-infrazzjoni u informazzjoni li tkun raġonevolment biżżejjed biex tippermetti lil «Ƶ issib il-materjal;
- Isem, indirizz, numru tat-telefon u indirizz elettroniku tiegħek;
- Dikjarazzjoni minn għandek li għandek għaliex tassew temmen li l-użu li qiegħed tilmenta li qed isir huwa fil-fatt infrazzjoni u wieħed mhux awtorizzat;
- Dikjarazzjoni, li ssir taħt piena ta’ ġurament falz, li l-informazzjoni mogħtija kif hawn qabel fl-avviż tiegħek hija eżatta u li inti s-sid tad-drittijiet tal-awtur jew li inti awtorizzat li taġixxi għan-nom tal-awtur tas-sid tad-drittijiet tal-awtur; u
- Il-firma elettronika jew miktuba tas-sid tad-drittijiet tal-awtur jew tal-persuna awtorizzata li taġixxi għan-nom tas-sid tad-drittijiet tal-awtur.
Biex tkun tista’ tippreżenta avviż ta’ pretenzjoni ta’ infrazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-aġent maħtur ta’ «Ƶ f’dan l-indirizz li ġej:
«Ƶ Laboratories
Attn: Trademark Department
100 «Ƶ Park Road
Dept. 377 Bldg. AP6A-1
«Ƶ Park, IL 60064
Indirizz tal-posta elettronika: trademarks@abbott.com
PRIVATEZZA U SIGUREZZA «Ƶ tinsab marbuta li tħares il-privatezza tiegħek online. Nifhmu l-importanza tal-privatezza għall-klijenti u l-viżitaturi tagħna fis-Sit Elettroniku tagħna. L-użu li aħna nagħmlu minn informazzjoni li tkun personalment identifikabbli hija regolata mill-Politika tal-Privatezza tagħna u meta taċċessa u tuża s-Sit Elettroniku tagħna, inti taqbel li tintrabat b’dik il-politika.
Inti tagħraf u taqbel li meta tippreżenta informazzjoni tiegħek li tkun personalment identifikabbli lil «Ƶ.com, filwaqt li «Ƶ ikollha salvagwardji japplikaw biex jipprevjenu aċċessi jew interċettazzjonijiet mhux awtorizzati, m’hemm ebda garanzija assoluta ta’ sigurezza. FL-EVENTWALITÀ TA’ XI INTERĊETTAZZJONI JEW AĊĊESSI MHUX AWTORIZZATI MINKEJJA KULL SFORZ TAGĦNA, ABBOTT MA TKUNX RESPONSABBLI GĦAL INTERĊETTAZZJONIJIET JEW AĊĊESSI MHUX AWTORIZZATI BĦAL DAWK, JEW GĦAL DANNI DIRETTI, INDIRETTI, SPEĊJALI, INĊIDENTALI, JEW KONSEGWENZJALI (INKLUŻ IT-TELFIEN TA’ PROFITTI) MĠARRBA MILL-KLIJENT JEW MILL-UTENT, ANKE JEKK ABBOTT TKUN ĠIET AVŻATA MINN QABEL BIL-POSSIBILITÀ TA’ DANNI BĦAL DAWN. ABBOTT MA TAGĦTI EBDA GARANZIJA, LA ESPRESSA LANQAS IMPLIĊITA, LI L-INFORMAZZJONI PROVDUTA MINN XI KLIJENT SE TKUN ĦIELSA MINN XI INTERĊETTAZZJONI JEW AĊĊESS MHUX AWTORIZZAT, U MA TIPPROVDI EBDA GARANZIJA IMPLIĊITA DWAR IL-BEJGĦ FIS-SUQ U IDONEITÀ GĦAL XI GĦAN PARTIKOLARI. KULL KLIJENT HUWA RESPONSABBLI LI JŻOMM IL-KUNFIDENZJALITÀ TAL-PASSWORD TIEGĦU JEW TAGĦHA.
LIMITI TAR-RESPONSABBILTÀ «Ƶ ma terfa’ ebda responsabbiltà għal xi materjal, informazzjoni u opinjonijiet provduti, mtella’, jew li jkunu xort’oħra disponibbli permezz ta’ dan is-Sit Elettroniku. Kull dipendenza fuq dan il-materjal, informazzjoni u opinjonijiet ikunu biss għar-riskju tiegħek. «Ƶ teskludi ruħha minn kull responsabbiltà għall-ħsara jew danni li jirriżultaw mill-użu ta’ dan is-Sit Elettroniku, jew tal-kontenut li jidher fuqu.
DAN IS-SIT ELETTRONIKU TA’ ABBOTT, IL-KONTENUT TAS-SIT, U L-PRODOTTI U S-SERVIZZI PROVDUTI JEW DISPONIBBLI PERMEZZ TA’ DAN IS-SIT ELETTRONIKU, HUMA PROVDUTI FUQ BAŻI TA’ “HEKK KIF INHUMA” JEW “KIF IKUNU DISPONIBBLI”, B’KULL ĦSARA LI JISTA’ JKOLLHOM. F’EBDA KAŻ MA GĦANDHA ABBOTT, JEW IS-SUSSIDJARJI, AFFILJATI, BEJJIEGĦA TAGĦHA, JEW ID-DIRETTURI, IMPJEGATI JEW AĠENTI RISPETTIVI TAGĦHOM (HAWN AKTAR ’IL QUDDIEM IMSEJĦA “IL-PARTIJIET TA’ ABBOTT”) MA JKUNU RESPONSABBLI GĦAL XI DANNI TA’ KULL XORTA, TAĦT XI TEORIJA LEGALI, LI TOĦROĠ MINN, JEW LI JKOLLHA X’TAQSAM MA’, L-UŻU LI TAGĦMEL, JEW INABBILTÀ LI TUŻA, DAN IS-SIT ELETTRONIKU, IL-KONTENUT TAS-SIT, SERVIZZI PROVDUTI FUQ JEW PERMEZZ TA’ DAN IS-SIT ELETTRONIKU JEW TA’ KULL SIT KONNESS PERMEZZ TA’ LINK, INKLUŻI KULL DANNI SPEĊJALI, INDIRETTI, PUNITTIVI, INĊIDENTALI, EŻEMPLARI JEW KONSEGWENZJALI, INKLUŻI, IŻDA MHUX LIMITATI GĦAL, ĦSARA FUQ IL-PERSUNA, TELFIEN TA’ PROFITTI JEW DANNI LI JIRRIŻULTAW MINN XI DEWMIEN, INTERRUZZJONI TAS-SERVIZZ, XI VIRUS, TĦASSIR TA’ FAJLS JEW KOMUNIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI, JEW ŻBALJI, OMMISSJONIJIET JEW INEŻATTEZZI OĦRA F’DAN IS-SIT ELETTRONIKU JEW FIL-KONTENUT TAS-SIT, SEW JEKK IKUN HEMM JEW MA JKUNX HEMM NEGLIĠENZA MINN ABBOTT U SEW JEKK ABBOTT TKUN ĠIET AVŻATA JEW LE DWAR IL-POSSIBBILTÀ TA’ XI DANNI BĦAL DAWN.
JEKK JOGĦĠBOK KUN AF LI NOTIFIKI LEGALI ADDIZZJONALI, ESKLUŻJONIJIET TA’ RESPONSABBILTÀ, U PATTI U KUNDIZZJONIJIET OĦRA JISTGĦU JKUNU JAPPLIKAW GĦAL DAN IS-SIT U SITI ELETTRONIĊI OĦRA PROPRJETÀ TA’, JEW OPERATI MINN ABBOTT, MIS-SUSSIDJARJI JEW MILL-AFFILJATI TAGĦHA.